It-Titlu Ta’ Mrs Malta 2025 Jintrebaħ Minn Omm Minn Ħal Qormi – Roxanne Fabri

 Roxanne Fabri ta’ 36 sena li hija omm ta’ żewġt itfal hija r-rebbieħa ta’ Mrs Malta 2025. Is-sinjura Fabri rebħet f’serata ta’ Gaffiero Productions li għaliha kien hemm 58 kontestant u kontestanta li bejniethom rebħu erba’ titli kbar.

Fit-tieni post ta’ Mrs Malta 2025 ġiet Kerstin Abrook minn Naxxar u fit-tielet post Rodianne Spiteri minn Ħaż-Żebbuġ. Fl-istess serata Wayne Cassar ta’ 25 sena miż-Żurrieq rebaħ it-titlu ta’ Mr Malta 2025. Fit-tieni post ikklassifika Roman Myers li kien qed jirrapreżenta l-Imsida filwaqt li Brandon Axisa li rrapreżenta l-lokalità taż-Żejtun ġie fit-tielet post.

Hannah Carter rebħet it-titlu ta’ Miss Maltese Beauty Teen minn Naxxar, filwaqt li fit-tieni post ġiet Kurtney Bonello Henwood li kienet qed tirrapreżenta l-lokalità tal-Isla. Fit-tielet post ġiet Zaida Azzopardi mir-Rabat. Għat-titlu tal-ewwel post għal Miss Maltese Beauty ġiet Martha Urpani minn Naxxar, filwaqt li fit-tieni post ġiet Nikole Buhagiar mill-Floriana. Fit-tielet post ġiet Ruslana Cutajar mill-belt Valletta.

Is-serata organizzata mill-producer ta’ Gaffiero Productions Ivan Gaffiero, ppreżenta s-somma sabiħa ta’ €11,455 lil Hospice Malta, liema somma inġabret b’diversi attivitajiet ta’ karità li tellgħu l-istess kontestanti fil-ġimgħat li għaddew. Is-Sur Gaffiero qal li fil-konkorsi tiegħu barra s-sbuħija, ifittex li l-kontestanti tiegħu juru qalb tajba u mogħdrija lejn min hu batut u għalhekk din is-somma għal Hospice Malta se sservi ta’ ġid kemm għall-pazjenti u anki għall-familji tagħhom.





Facebook / Gaffiero Ivan



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI