Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Simon Mizzi, missier iċ-ċkejken Noah li waqa’ f’pixxina x-Xagħra, qasam messaġġ.
Hu qal, “Grazzi tal-messaġġi però impossibli nirrispondihom kollha – fejn nista’ qed nirrispondi. Itolbu lill-Madonna ta’ Pinu l-iktar għal Baby Noah imbagħad għalina. Dak kull ma qed nitolbu. Kellna żewġ mirakli żgħar f’dawn il-ftit sigħat però it-triq hi għat-telgħa u ħa tibqa’ tkun għat-telgħa għal tul ta’ żmien.”
Żied, “Lesti nagħmlu kollox kif dejjem għamilna. Nitolbukom tkunu ta’ kuraġġ l-iktar għal Joanna, għalija u tlett itfal l-oħra. Madonna ta’ Pinu ħarisna. Mulej nafdaw fik. Grazzi Mulej.”