Żewġ neputijiet ħallew kummenti fuq il-paġna tagħna jgħidu li z-ziju tagħhom ma kellu ebda kundizzjoni u dak li qed jintqal mhux vera.
Katrina Spiteri kitbet, "Iz-ziju tiegħi ma kellu l-ebda kundizzjonj kif qed jgġidu siti oħra. Imisshom jistħu dawk li jigdbu fuq ħajja li għadha kif titlaqna!" Katrina ma kinitx l-unika neputija li tkellmet, Katia Calleja qalet, "Dak ziju tiegħi u l-ebda kondizzjoni ma kellu raġel b'saħħtu."
Ħafna għaddew il-kondoljanzi tagħħhom lill-familjari u kien hemm sinjura li qalet, "anqas kieku kellu kundizzjoni, sa qabel daħal dal-virus kien kulħadd għaddej bil-kundizzjoni li jkollu..." Din is-sinjura tqajjem punt validu ferm u b'hekk wieħed għandu jieħu dal-virus b'serjetà kbira.
Instagram / sale.ski