“Illum niċċelebraw ħdax-il sena ta’ Calum,” kiteb l-attur u kittieb Malcolm Galea fuq Facebook.
Malcolm huwa miżżewweġ lill-attriċi Angele Galea, omm Calum. Riċentament, dawn it-tnejn reġgħu dehru flimkien fuq it-televiżjoni fir-repetizzjonijiet li kienu qed jidhru tas-sensiela Viva l-Ministru fuq il-One.
Malcolm iddeskriva lil Calum bħala tfajjel ġentili u qalbu tajba, b’sens ta’ umoriżmu partikolari ħafna. Temm billi kitiblu li l-familja kollha kburija ħafna bih.
Awguri, Calum.