Jagħlaq Sninu L-Kompożitur Andrew Zammit

Illum jgħalaq sninu l-kompożitur, kantant, kitarrist, inġinier u produttur Andrew Zammit.

Beda’ l-karriera tiegħu bil-kitarra, u fis-snin tmenin kien jifforma parti minn band tal-ġeneru metal.

Fis-snin disgħin Andrew stabilixxa’ lilhu nnifsu bħala wieħed mill-aktar inġiniera tal-ħoss prominenti f’Malta.

Għalkemm Andrew llum qed jgħalaq 54 sena, il-ħabib tiegħu, kompożitur u pjanist Heathcliffe Balzan, b’ċajta awguralu l-74 sena t-tajba, filwaqt li rringrazzjah talli dejjem ikun hemm bħala idu l-leminija f’kull ma jagħmel.

Wieħed mill-proġetti kbar li Andrew qed ikun involut fih ta' kull sena huwa l-album tal-Milied Ħelu Bambin, fenj l-arranġamenti mużikali u x-xogħol tekniku kollhu tal-ħoss jieħu ħsiebu hu.

Awguri Andrew!

Facebook / @andrew.zammit.9

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI