“Jake Għandu Kull Skuża Valida Biex Joqgħod Fis-Sodda … Minflok Insibu Jgħum Dalgħodu B’Tank Tal-Ossiġnu Miegħu” – Neil Agius

Permezz ta’ kitba u filmat fuq il-mezzi soċjali tiegħu, l-atleta Malti Neil Agius qasam mas-segwaċi tiegħu vidjow ta’ Jake Vella fejn fih qed jgħum ġo pixxina. Fil-filmat jidher ukoll missieru li f’idejh qed iżomm tank tal-ossiġnu.

Huwa beda billi qal, “kulħadd jaf kemm hu bniedem inspiranti Jake Vella, imma llum bqajt impressjonat. Jake għandu kull skuża valida taħt ix-xemx biex joqgħod fis-sodda l-ġurnata kollha, u kollha huma ġustifikati minħabba l-kundizzjoni tiegħu. Minflok insibu jgħum dalgħodu b’tank tal-ossiġnu miegħu, iva b’tank tal-ossiġnu.”

Kompla billi qal ukoll li, “miegħu hemm ukoll missieru jżomm dan it-tank. Josie Vella, int ta’ ispirazzjoni kbira għalina kollha.”

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ ngħidu prosit kbira kemm lil Jake kif ukoll lil missieru!

View this post on Instagram

A post shared by Neil Agius (@neil.agius)







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI