Ftit jiem ilu ċ-ċkejkna Jasmine kellha tagħmel operazzjoni li l-ġenituri tagħha żvelaw li b’xorti tajba kienet suċċess. Madankollu jidher li ċ-ċkejkna issa tinsab muġugħa minħabba din l-operazzjoni.
“Minkejja li din l-operazzjoni kienet suċċess fadal ħafna progress permezz tat-terapija li Jasmine għad għandha bżonn tagħmel,” spjegaw il-ġenituri tagħha. Huma wkoll irringrazzjaw lis-segwaċi tagħhom għall-appoġġ kontinwu li jagħtuhom.
“Se nkomplu naħdmu biex Jasmine tħossha aħjar,” saħqu huma.
Kuraġġ, Jasmine!
Ritratti: Facebook / Jasmine’s Journey