Frar li għadda kien xahar ta’ swied il-qalb għad-dinja tar-reċtar Malti hekk kif ħalliena Benny Casha, id-direttur tal-kumpanija Bronk Productions. Illum Benny kieku kien jagħlaq 49 sena, u għalkemm m’għadux preżenti fostna llum il-ġurnata, xorta waħda hemm bosta li qegħdin jawgurawlu l-isbaħ xewqat u jsellmulu mill qalbhom.
Benny kien magħruf fil-qasam televiżiv għal diversi produzzjonijiet, fosthom Midinbin, Saħta fuq Uliedi, u Siegħa Żmien. It-telfa tiegħu nħasset bil-kbir, għaliex kien ħalla impatt liema bħalu fix-xena lokali bħala attur tant li kien jitqies bħala pilastru tad-drama lokali. Barra minn hekk, Benny kien ukoll il-President tar-Regatta tat-tim tal-Isla, involut ukoll fil-futbol u fil-boċċi.

Facebook / Mary Grace Curmi
Minkejja li m’għadux magħna, il-memorja tiegħu għadha qed tingħex: għalkemm issa jinstab jesperjenza l-mistrieħ ta’ dejjem, ix-xogħol tiegħu f’waqtu fuq din id-dinja għadu jibqa’ jitfakkar.
TVM