Jekk Aladdin Jagħmluh Malta Din Trid Tkun Il-Prinċipessa Jasmine

Ftit ilu ħareġ il-film Aladdin u jekk għandek ma mortx taraħ ibbukja l-biljetti ISSA qabel ma jitlaq miċ-ċinema! F'dan il-film hemm diversi effetti speċjali, xeni nkredibli, atturi mill-aqwa u skript tal-ġenn! Minn x'ħin ħareġ dan il-film sploda u qiegħed fuq il-quċċata tal-films kollha.

Waħda mill-kanzunetti ġodda f'dan il-film hija Speechless fejn il-prinċipessa Jasmine tkanta lejn l-aħħar tal-film.

Jekk xi darba jsir Malta dan il-musical il-parti għandha tingħata awtomatikament lil Jasmine Abela. Mhux minħabba l-isem imma minħabba l-vuċi stupenda li għandha! Lil Jasmine konna rajnieha fil-finali ta' Malta Eurovision bil-kanzunetta Supernovas fejn klassifikat fi 8 post. Isma' Speechless hawn isfel ħalli vera tħallik bla kliem.

Jasmine Abela / Facebook

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI