“Jekk Dawn Ix-Xejriet Jibqgħu, Jistgħu Jindikaw Sajf Potenzjalment Aktar Intens Fir-Reġjun Tagħna” – Maltese Islands Weather

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Maltese Islands Weather qasmu mas-segwaċi tagħhom ftit informazzjoni relatata mas-sajf u ma dak li potenzjalment nistgħu nistennew mis-sajf li ġej fuqna.

Huma qalu, “Huwa impressjonanti kif distanza relattivament żgħira tista’ twassal għal differenza daqshekk kbira fit-temp. Filwaqt li Malta baqgħet taħt influwenza marittima li ttaffi s-sħana u ġabet magħha anke x-xita, xi nħawi fil-Libja waqgħu direttament taħt influss ta’ arja sħuna tas-Saħara li f’jiem reċenti waslet għal temperaturi massimi ta’ madwar 47°C.”

Żiedu wkoll jgħidu, “Temperaturi bħal dawn f’Mejju mhumiex komuni anke għal Libja, u juru kif il-“heat reservoir” tas-Saħara qed jibda jissaħħaħ qabel is-sajf. Jekk dawn ix-xejriet jibqgħu, jistgħu jindikaw sajf potenzjalment aktar intens fir-reġjun tagħna.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI