Jekk Ħa Tgħaddi Mill-Mosta, Big Brother Ħa Jkun Qed Isegwik!

Mil-lum sa nhar is-Sibt li ġej twaħħlu kameras apposta ġewwa diversi lokalitajiet fil-Mosta biex jgħoddu t-traffiku. Sewwa qrajt, biex jgħoddu t-traffiku. Ma jinteressahomx min sejjer fejn. Probabbli qed jagħmlu dan l-eżerċizzju sabiex ikollhom statistika ta’ kemm karozzi jgħaddu miż-żona b’ċans li forsi jimplimentaw xi tibdil għal aktar effiċenza.

Dawn huma l-ħames żoni li ħa jkun hemm dawn l-imberkin kameras:

  • Triq Valleta ma’ Vjal Il-Labour
  • Triq Pantar ma’ Triq Valletta
  • Triq Ta’ Torba ma’ Triq Durmblat
  • Triq Pantar aċċess mill-PAMA
  • Triq Valletta aċċess mill-PAMA

Insomma tkunu ħa tgħaddu minn hawn bħal dejjem importanti li żżommu mar-regoli tat-traffiku, u jekk tixħthu xi tbissima fuq wiċċkom tidhru isbaħ fuq il-kamera. Mhux li jinteressahom wisq kif tidhru imma dejjem tajjeb li titbissem ftit fit-triq. Ma tridx tinqabad fuq il-kamera b’xi wiċċ jitkerrah jew iħares bl-ikrah hux.

Ritratt: Instagram / The Real Tech Connoisseur

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI