Dr Yana Psaila, lingwista li tgħix f'pajjiżna li twieldet ir-Russja, esprimiet id-diżappunt tagħha li matul dawn l-aħħar snin f'pajjiżna l-lingwa Maltija naqset fid-dominanza u l-popolarità tagħha.
F'dibattitu li tqanqal waqt Popolin, il-lingwista ta' ġens Russu appellat sabiex, f'dan l-isfond, il-poplu Malti jipproteġi l-identità tiegħu. Hi saħqet li fil-fehma tagħha, jekk meħtieġ il-barranin għandhom saħansitra jiġu mġiegħla jitgħallmu l-ilsien nattiv ta' pajjiżna.
Dr Psaila ssemmi wkoll ir-rikonoxximent li ngħata l-ilsien Malti fuq livell internazzjonali matul dawn l-aħħar snin. Fost oħrajn tirrimarka li l-Malti hu wieħed mill-24 lingwi uffiċjali rikonoxxuti mill-Unjoni Ewropea.
X'taħsbu intom dwar in-nuqqas fl-użu tal-lingwa Maltija?
Facebook / Popolin u Pexels