“Kont Il-Ħabs U Ġejt Iżżurni!” – Il-Papa B’Inizjattiva Biex Il-Knisja Tieħu Ħsieb Il-Priġunieri

Il-Papa Ljun XIV għadu kif introduċa riforma li se tkun qiegħda ssaħħaħ l-għajnuna li l-Knisja Kattolika tagħti lill-priġunieri minn madwar id-dinja.

Imsejsa fuq is-sentenza li nsibu fil-Bibbja "Kont Il-Ħabs U Ġejt Iżżurni", permezz ta' din l-inizjattiva ġiet abolita kummissjoni li kienet ġiet stabilita għexieren ta' snin ilu u minflok ġiet introdotta struttura globali li se ssaħħaħ b'mod sinifikanti s-sapport tal-Knisja Kattolika għall-priġunieri.

Fil-prattika, din l-istruttura se tkun qed titmexxa mill-Arċisqof Arġentin Jorge Ignacio Garcia Cuerva, li ġie appuntat direttament mill-Papa Ljun XIV.

Din l-inizjattiva l-ġdida għandha fost l-oħrajn l-għan li ssaħħaħ is-sapport li jingħataw il-priġunieri, tippromwovi d-dinjita tal-priġunieri, kif ukoll tinkoraġġi r-rijabilitazzjoni tal-priġunieri fis-soċjetà.

Ritratt:

Instagram / @pontifex u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI