Matul dawn l-aħħar snin, mhux biss f’pajjiżna iżda madwar id-dinja kollha, l-ewtanażja kien suġġett li qanqal dibattitu sħiħ.
Minn naħa hemm min jaqbel u jemmen li l-ewtanażja għandha ssir legali għaliex tagħti d-dritt lill-persuna li tkun hi li tiddeċiedi meta għandha ttemm ħajjitha jekk forsi għaddejja minn żmien ta’ tbatija minħabba mard serju.
Min-naħa ‘l oħra, dawk li ma jaqblux mal-ewtanażja jsostnu li din il-proċedura hija waħda fundamentalment immorali u li l-bniedem m’għandux ikun hu li jagħżel meta u kif se jtemm ħajtu.
Intant, f’pajjiżna donnu li hawn qbil politiku li l-għażla għandha tintreħa f’idejn il-poplu billi jsir referendum nazzjonali. Jekk isir referendum ta’ din ix-xorta, inti kif tivvota?
Pexels