Ivan Gaffiero qasam appell mas-segwaċi tiegħu rigward profil falz li nħoloq fuq Facebook. Sfortunatament dawn l-affarijiet kienu u għadhom jiġru b’mod frekwenti.
“Jekk jogħġobkom, possibbli tagħmlu rapport ta’ dan il-profil falz. Jiena diġà rrapportajtu, imma għandi bżonn l-għajnuna tagħkom ukoll. Grazzi ħafna.”
Attenti minn dan l-ingann li jeżisti fuq il-midja soċjali.