Il-kantanta Charlene Rae Muscat riċentament kitbet fuq grupp fuq Facebook rigward familji “li sfortunatament ma kinux jaffordjaw jixtru ġugarelli għal uliedhom dan il-Milied.” Hi u l-ħbieb tagħha iddeċidewli jippruvaw jiġbru xi ġugarelli - u jidher li r-rispons kien tajjeb ħafna!
View this post on Instagram
“Aħna vera ferħanin bin-numru ta’ nies li kitbulna biex jagħtu ġugarelli, kotba, ħwejjeġ u ħafna aktar,” kitbet hi. “Grazzi għalikom, dawn il-familji se jkollhom Milied tajjeb ħafna.”

Hi spiċċat billi għamlet appell: “Jekk hemm xi ħadd li għaddej minn żmien diffiċli u għandu bżonn xi ġugarelli u affarijiet oħra, jekk jogħġbok, toqgħodx lura milli tikkuntattjani.” Jekk trid tikkuntatja lil Charlene, agħfas HAWNHEKK.
Facebook/Charlene Rae Muscat