Tard ilbieraħ, il-Kunsill Lokali tan-Naxxar ħabbar li dawn it-toroq ħa jkunu proprju magħluqa illum, 2 ta' Awwissu. Il-kunsill ħa l-opporunità jiskuża ruħu għal dan l-inkonvinjent. Wieħed jifhem li ħa jkun għaddej xi tip ta' xogħol f'dawn it-toroq biex ħa jkunu magħluqa u ħareġ dan l-avviż.
View this post on Instagram
Dawn l-imsemmija toroq ħa jkunu magħluqa u l-kunsill ħaseb ukoll sabiex jixħet il-ħinijiet ħalli dak li jkun ikun jaf fi xħin ħa jerġa jsibhom miftuħa. Tajjeb bi ftit pjanar, igawdi kulħadd! Araw it-toroq hawn:
- Triq Santa Luċija (Minn Żenqa) - Bejn 12:00 - 16:00
- Pjazza Vittorja K/M Markiż Scicluna - Bejn 09:30 - 17:00
- Triq Id-Dwieli - Bejn 07:00 - 17:00
- Triq Il-Greċja - 08:00 - 17:00
Jekk taf lil xi ħadd li jgħaddi minn Naxxar ta' spiss, jew dik ir-rotta tiegħu tajjeb tavżah forsi ma jeħilx fit-traffiku bla bżonn u jaħseb f'rotot oħra li jistgħu jwassluh għall-istess post mingħajr ma jgħaddi minn dawn it-toroq.
Suqu bil-galbu u dejjem attenti!
Instagram / Elena Sammut