Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li l-vaganzi tal-Karnival, hawn bosta li jekk mhux ħa jgħadduhom fil-gżira Għawdxija, se jgħadduhom xi mkien ieħor.
Fil-Parlament, il-Minisitru Camilleri wieġeb numru ta’ mistoqsijiet li saru u qal li għall-kuntrarju ta’ Malta, Għawdex gawda minn ekonomija aktar stabbli minħabba t-turiżmu intern.
View this post on Instagram
Għalkemm tħassru l-attivitajiet tal-massa marbuta mal-karnival, ċerti familji xorta ħa jieħdu l-okkażżjoni li jgħaddu l-ħin fil-gżira Għawdxija la t-tfal ħa jkunu bil-vaganzi.
Camilleri enfasizza li qed isiru diskussjonijiet ma’ diversi entitajiet Għawdxin biex jiġi żgurat li r-rakkomandazzjonijiet dwar is-saħħa jiġu segwiti. Fost infurzar ieħor, huwa kkonferma li jekk farmhouse tista’ żżomm 6 persuni, is-sid irid jiżgura li ma jkunx hemm aktar minn dak in-numru, u li l-familji jibqgħu fil-famużi bubbles tagħhom.
View this post on Instagram
Camilleri qal li d-direttivi għandhom jiġu segwiti u li b’dan il-mod, il-pajjiż jista’ jikkontrolla l-pandemija mingħajr il-bżonn ta’ lockdown.
Facebook / Clint Camilleri