Illum tiċċelebra għeluq sninha Eilieen Montesin. Lil Eileen rajnieha f’diversi rwoli fuq il-mezzi tax-xandir, minn preżentattriċi, produttriċi, attriċi, kittieba tad-drama eċċ.
Lista li ma tispiċċa qatt, imma dak li tidħol għalih dejjem tagħmlu mill-qalb u bil-ħila kollha tagħha. Proprju fi ftit jiem oħra lil Eileen tirritorna fl-iskeda l-ġdida permezz tal-programm Family Affair, li kif jixhed l-isem, hi tingħaqad mal-familja kollha tagħha biex twassal programm divertenti lit-telespettaturi li jsegwuha.
Dan apparti s-sensiela ħelwa li bdiet fl-aħħar snin Ara Doris! Ser inkunu qed insegwu aktar episodji fil-fatt waqt il-programm Family Affair. Fost dawk li awgurawlha kienet il-preżentatriċi bravissima Elaine Sammut, li hi kollega u ħabiba kbira ta’ Eileen.
Hi kitbitilha, “Jgħaddu kemm jgħaddu snin, inti dejjem tibqa’ l-Eileen li jħobbu n-nies, ċajtiera, umli u mimlija enerġija. Il-Bambin miegħek. Kompli ferraħna għażiża.” Xerrdet anke ritratti mill-programm tagħha Nisa Ta’ Suċċess meta stiednet lil Eileen.
Aħna f’isem Gwida.mt, nawguraw lil Eileen l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha. Nittamaw li jkollha ġurnata mimlija b’dak kollu li tixtieq qalbha u sena mimlija b’ħafna saħħa, ferħ, suċċessi u paċi.