Jiċċelebraw Tmiem Is-Sena Bi Kbir Dawn L-Għalliema

Is-sena skolastika tiġi fi tmiemha llum għal ħafna u ċertament li numru ta’ għalliema ħa jkunu qed jiċċelebraw il-bidu tal-vaganzi tagħhom. Insomma l-kelma tgħid hekk, għax il-preparament għas-sena skolastika l-ġdida jkunu diġà fis-seħħ.

Għal dawn l-aħħar sentejn l-għalliema tal-Kulleġġ Santa Klara, tal-iskola Sekondarja f’Pembroke ħarġu filmat li nissel tbissima. Filmat qasir ta’ kif l-għalliema u l-membri ta’ staff ingħaqdu flimkien biex jibdew il-vaganzi.

Il-mistqosija tiġi weħidha, tgħid ħa naraw xi filmat ieħor din is-sena mingħand dawn l-għalliema jew forsi tħajjar xi ħaddieħor. Jekk ma naraw l-ebda filmat nassumu li din is-sena kienet ħerqana aktar li jibdew igawdu l-baħar qabel jibdew jaħdmu għas-sena li jmiss.

Ħsibna nagħmlu lista ta’ għaliex nemmnu li l-għalliema għandhom bżonn il-vaganzi tas-sajf!

  • Jorqdu

Matul is-sena skolastika, ħafna minnhom jispiċċaw jorqdu anqas sabiex jippreparaw, jikkoreġu u jlestu miljun ħaġa oħra. Dan kollu waqt li jipprovaw ikomplu għaddejjin b’ħajjithom. Naqa diffiċli hux?

  • Ftit Ħin Għalihom

Min ma jieħux gost igawdi ftit? Jagħmel dak li jħobb. Anke jekk sempliċiment ipoġġi bilqiegħda u ma jagħmel xejn! Dak il-ftit ħin tiegħek tkun tridu. Jgħinek mentalment!

  • Ħin Mal-Familja u Ħbieb 

Ħafna drabi matul is-sena skolastika dawn bilkemm igawdu u jaraw lil sħabhom l-għalliema mill-inqas jew dejjem bil-ġenn, sakemm ma tkunx okkażżjoni speċjali. Fis-sajf ikollhom ċans iqattgħu ftit ħin ta’ kwalità flimkien.

  • Jippreparaw

Għalliem, dejjem għalliem sajf u xitwa. Jekk ma jkunx qed jgħallem xi ftit privat waqt dan iż-żmien, bil-kalma u l-pass tiegħu jsib bilanċ bejn id-divertiment u l-preparazzjoni għas-sena skolastika li jkun imiss.

  • Isibu L-Enerġija Għas-Sena Skolastika L-Ġdida

Ħafna jqabblu l-għalliema ma’ batterija. F’Settembru tkun ikkargata lesta, iżda max-xhur il-batterija tibda titlef is-saħħa tagħha u tispiċċa f’Ġunju. Tiċċarġja ruħha fis-Sajf u tkun lesta għal meta l-istudenti jidħlu lura.

Insomma, aħna ta’ Gwida.mt nawguraw lil għalliema kollha u anke l-istudenti s-sajf it-tajjeb! Gawdu u ħudu gost!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI