Il-paġna Maltese Islands Weather jiktbu, “Sistema ta’ pressjoni baxxa intensa se tgħaddi minn fuq il-Balkani u l-lvant tal-Ewropa. Front ta’ arja kiesħa abbinat ma’ din is-sistema se jgħaddi minn fuq l-Italja.”
Huma jkomplu, “L-effetti minn dan se jinħassu fil-Gżejjer Maltin ukoll. It-temperatura se tonqos għal 30°C sa 32 °C minn l-Erbgħa 9/7 sal-Ħadd 13/7. Dawn huma temperaturi mal-medja jew daqsxejn anqas.”
Il-paġna tkompli, “Biex tikkumparaw; dan l-aħħar kellna temperaturi ta’ 35°C / 36°C. Riħ qawwi mill-Majjistral (li se jilħaq sa Forza 6) se jaħkimna tul il-jum kollu tal-Erbgħa 9/7. Il-wasla ta’ arja kiesħa ferm fil-livelli għoljin tal-atmosfera se toħloq żona nstabbli lokalment għal Ħamis 10/7, permezz tal-kuntrast mal-baħar sħun ta’ madwarna.”
Maltese Islands Weather iżidu, “Din se twassal għal sħab tal-għarixa fuq inħawi ċentrali, bil-possibilità ta’ xita lokaliżatta lejn nofs il-jum u matul waranofsinhar. Il-possibilita’, ammont u nħawi tax-xita narawhom dakinhar stess. Temp sħun ħafna u xemxi jirritorna mit-Tnejn 14/7.”