Ilbieraħ, waqt il-programm Għalenija li jixxandar fuq Radju Malta bi preżentazzjoni ta’ Tony Micallef, tkellem il-kantant maħbub minn ħafna Enzo Gusman. Xi ftit xhur ilu, Enzo kellu inċident ġewwa l-Kanada u kien jinsab f’qagħda kritika ħafna.
Il-mara ta’ Enzo, Carmen u t-tfal tiegħu mhux l-ewwel darba li talbu għat-talb tal-ħbieb tagħhom u tal-Maltin u jidher li Enzo rkupra xi ftit. Waqt il-programm tal-bieraħ, Enzo introduċa l-kanzunetta tiegħu Nittama li biha kien rebaħ il-Festival Internazzjonali Tal-Kanzunetta Maltija.
Iżda qabel il-kanzunetta, Enzo tkellem ftit fuq il-kundizzjoni tiegħu. Hu qal, “jien għal grazzja t’Alla mhux ħażin għadni lura ħafna mill-fejqan, jekk jeżisti fejqan għax chances m’hemmx fejqan għax spinal injury kelli. Imma nsomma nittamaw dejjem, ma naqtax qalbi, napprezza t-talb tagħkom naf li ħafna nies qed jitolbu għalija u nirringrazzjakom mill-qalb.”
Wieħed jista’ jisma’ l-messaġġ ta’ Enzo billi jidħol HAWN. Hu jagħlaq billi jitlob lill-Maltin jitolbu għalih, jistqarr li ħa jagħmel wiċċu għax tassew għandu bżonn!
Facebook / Niskata