“Jien Imxejt B’Qalbi U Llum Il-Ġurnata Nferraħ Ħafna Nies U Dak Għalija Biżżejed” Minn Fejn Beda L-Karriera Teatrali Matthew Sant Sultana?

Lil Matthew Sant Sultana drajna narawh fuq il-programm Min Imissu?! bil-karattru tal-Lajf u kellu partijiet bħala attur fuq diversi programmi oħra bħal ‘La Tħobbnix’, kif ukoll ‘Bla Kondixin’ u dan l-aħħar qed jippreżenta wkoll il-programm tiegħu ‘Mhux Kemm Taf’.

Imma forsi mhux kulħadd jaf minn fejn bdiet il-karriera ta’ Matthew. Fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook għadu kemm kiteb post fejn xerred xi ritratti ta’ meta kien jirreċta fl-iskola sekondarja tal-Imtarfa, l-istess skola fejn bdiet il-karriera tiegħu. Huwa għadda messaġġ ta’ ringrazzjament lil din l-iskola u qal ukoll li għalkemm kien hemm min qallu li qed jaħli l-ħin kien hemm nies li emmnu fih u fit-talent tiegħu.





Ħela ta’ ħin żgur ma kinx għax illum Matthew huwa attur bravissimu kemm fuq it-televixin, kif ukoll fuq il-palk. Ibqa’ ferraħna bit-talenti tiegħek Matthew!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI