Jiġu Kkonfermati Seba' Każijiet Ġodda Tal-Covid-19 F'Pajjiżna

Tul dawn l-aħħar 24 siegħa saru 1353 test li minnhom ħarġu seba’ każijiet pożittivi tal-Covid-19 f’pajjiżna. Il-każijiet kollha tal-lum kellhom is-sintomi. Jidher li żewġ każijiet ġew importati u ieħor kien relatat mal-każ li nstab nhar il-Ġimgħa.





B’hekk f’pajjiżna issa għandna 34 każ attiv filwaqt li t-total ta’ każijiet f’pajjiżna issa tela’ għal 708. B’kollox sa issa saru 122,348 test fuq nies differenti. Nittamaw li n-numri jinżlu fil-jiem li ġejjin.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI