Jinstab Numru Rekord Ta' Każijiet Pożittivi Fl-Aħħar 24 Siegħa!

218-il każ ġdid ta’ Covid-19 instabu matul l-aħħar sigħat skont l-awtoritajiet tas-saħħa fl-aġġornament tagħhom ta’ kuljum. Sadanittant, fiequ 111-il persuna. Bħalissa Malta għandha 1937 każ attiv .





Total ta’ 3,557 test twettqu fl-aħħar 24 siegħa, u b’hekk in-numru totali ta’ testijiet s’issa tela’ għal 343,290. Il-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati imma dan huwa numru rekord ta’ kemm instabu każijiet f’ġurnata waħda!

B’kollox s’issa f’Malta kelln 6400 każ ta’ Covid-19, b’66 persuna jitilfu ħajjithom minħabba dan il-virus qerriedi.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI