Minkejja s-sogru li hemm għal ħajjithom, grupp ta’ attivisti li wħud minnhom huma żgħażagħ, bħalissa jinsabu fi triqithom permezz tal-bastiment li jġib l-isem ta’ Madleen lejn il-Palestina sabiex iwasslu l-ikel u x-xorb lill-eluf li bħalissa qed isofru l-ġuħ.
Bosta huma dawk minn madwar id-dinja kollha li qiegħdin juru solidarjetà lil dawn l-attivisti u faħħru dan l-att erojku li wettqu filwaqt li esprimew it-tama tagħhom li dan il-bastiment jasal fil-belt ta’ Gaża ħalli b’hekk tkun tista’ titrażżan din il-kriżi li qed taħsad il-ħajja ta’ bosta.
“Ma nistgħux noqogħdu bilqiegħda u ma nagħmlu xejn,” saħqet waħda mill-attivisti meta mistoqsija għalfejn qed tagħti s-sehem tagħha.
As the Madleen approaches Gaza, we demand the nations of the world ensure it is able to carry out its humanitarian mission safely.
Break the siege. pic.twitter.com/TJkRlBrNZp
— Accountability Archive 🟢🔴⚫ (@archivegenocide) June 7, 2025
Prosit tassew!
Ritratti: X / Freedom Flottila Coalition u Al Jazeera English