Jitwaħħlu Tabelli Fit-Toroq Maltin Iħeġġu Lin-Nies Biex Joqogħdu Attenti Minħabba S-Sħana Estrema

Matul dawn l-aħħar jiem, madwar it-toroq Maltin twaħħlu diversi tabelli jħeġġu lill-pubbliku sabiex joqgħod attent u jieħu l-prekawzzjonijiet kollha meħtieġa, fl-isfond tas-sħana estrema li qed jesperjenza bħalissa pajjiżna.

Fost oħrajn dawn it-tabelli twaħħlu fi Triq tal-Barrani. Waħda mit-tabelli twissi sabiex kulħadd iżomm kuntatt regolari mal-anzjani għaliex huma l-iżjed vulnerabbli għal dan it-temp estrem; oħra tissuġerixxi lill-pubbliku sabiex jixrob b'mod regolari u joqgħod fid-dell kemm jista' jkun.

Tabella oħra li twaħħlet f'diversi toroq Maltin twissi kontra li persuna titħalla waħedha fil-karozza meta din ma tkunx startjata, għaliex inkella l-karozza tista' tiġi qisha forn u għalhekk tkun ta' detriment għas-saħħa tal-persuna.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI