Il-kantant lokali Geo u martu Karen qed jiċċelebraw it-tieni anniversarju miż-żwieġ tagħhom, u għal din l-okkażjoni speċjali Geo qasam messaġġ mill-isbaħ iddedikat lill-mara ta’ ħajtu. Geo fakkar kif sentejn ilu żżewweġ lill-aqwa ħabiba tiegħu, is-sieħba tiegħu u l-persuna li jixtieq li jkollu maġenbu f’dak kollu li ġġib magħha l-ħajja.
Huwa ammetta li bħalissa l-affarijiet mhux neċessarjament mexjin kif kienu ppjanaw, b’mod partikolari minħabba dak li qed jiġri fil-Kolombja. Madankollu, saħaq li xi drabi l-ħajja tfakkarna li l-pjanijiet jistgħu jinbidlu u li l-aktar ħaġa importanti hija li jibqgħu maġenb xulxin.
Geo rringrazzja lil Karen għall-imħabba, il-paċenzja u s-sapport tagħha, kif ukoll għall-memorji sbieħ li ħolqu flimkien matul dawn l-aħħar sentejn. "Ma jimpurtax x’tixħet fuqna l-ħajja, naf li m’hemm ħadd aktar li nippreferi naffaċċja kollox miegħu," kien il-ħsieb li wassal Geo fil-messaġġ emozzjonanti tiegħu.
Huwa temm billi awgura lil martu f’dan it-tieni anniversarju u ħares ’il quddiem lejn aktar snin ta’ mħabba, daħk, avventuri u memorji flimkien. Nawguraw lil Geo u Karen anniversarju mill-isbaħ u aktar snin ta’ mħabba u kuntentizza flimkien!