L-attur maħbub, Johnny Depp issorprendi lit-tfal fl-Isptar tat-Tfal tal-Università Niño Jesús f’Madrid liebes tal-karattru ikoniku, Kaptan Jack Sparrow.
Huwa żar pazjenti tal-onkoloġija fejn iċċajta magħhom, għamel tricks tal-maġija u kellu konversazzjonijiet magħhom.
Din mhix l-ewwel darba li Johnny Depp għamel dan peress li spiss iżur it-tfal fl-isptarijiet biex iferraħhom. Minn Vancouver, Pariġi, u Londra sa Brisbane, l-Awstralja, u bliet madwar l-Istati Uniti, dejjem jissorprendi pazjenti żgħar u ħaddiema tal-isptar.
Depp bħalissa jinsab f’Madrid jiffilmja l-aħħar proġett tiegħu ‘Day Drinking.’