Ilbieraħ iċċelebrat għeluq sninha Paula Ferriggi, u għall-okkażjoni qasmet messaġġ ta’ gratitudni fuq il-midja soċjali, fejn fost l-oħrajn turi kemm hi kburija bil-familja tagħha.
“Kapitlu 39. Mhux perfett, mhux dejjem faċli, imma mimli. Saħħa, paċi, u t-tip ta’ mħabba li nbidlet għal familja ta’ erbgħa. Dawn huma l-mumenti li darba ħlomt bihom… issa nista’ ngħixhom kuljum. U dan, għalija, huwa kollox.”
Bosta awgurawlha fil-kummenti kif ukoll ikkumplimentaw lilha u lill-familja tagħha. Xewqat sbieħ Paula!