Avviż Biex Tevita Din It-Triq Din Il-Ġimgħa Fid-Dati U L-Ħinijiet Imsemmija

Avviż Infrastructure

Infrastructure Malta ħabbret li matul din il-ġimgħa se jsiru xogħlijiet bil-lejl fiż-Żejtun, bil-għan li titjieb is-sigurtà fiż-żona.

Skont l-informazzjoni ppubblikata, Triq Il-President Anton Buttigieg se tkun magħluqa għat-traffiku minn nhar it-Tnejn 27 ta’ April sal-Ġimgħa 1 ta’ Mejju 2026, kull lejl bejn l-22:30 ta’ filgħaxija u l-05:00 ta’ filgħodu.

“Ippjana l-vjaġġ tiegħek minn qabel, segwi t-tabelli, u uża rotta alternattiva minn Triq Xrobb l-Għaġin jew Vjal il-Ħamsa u Għoxrin ta’ Novembru, iż-Żejtun,” jiktbu fl-avviż

Infrastructure Malta temmet billi tirringrazzja lill-pubbliku għall-koperazzjoni tal-pubbliku.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI