Kartieri Boxing Club B’Numru Sabiħ Ta’ Rigali Biex Iferrħu Lit-Tfal Għall-Milied

rigali 3

Kartieri Boxing Club ser jkunu qed jitfgħu numru sabiħ ta’ rigali taħt is-siġra tal-Milied tal-belt, sabiex jingħataw lil tfal inqas ixxurtjati u nagħmlu ftit ferħ f’qalbhom.

Barra minn hekk, fis-17 ta’ Diċembru se jorganizzaw ikla speċjali, fejn l-ikel u x-xorb se jkunu b’xejn għall-membri tagħna, kif ukoll għal tfal fil-bżonn jew familji li għaddejjin minn xi diffikultajiet.

Din is-sena se jkollhom magħhom lil Maria Vidal, flimkien mat-tfal b’diżabilità li tieħu ħsieb b’tant dedikazzjoni u mħabba. Kurt Cassar qassam messaġġ;

"Għax għalina, Kartieri Boxing Club mhux biss klabb tal-boxing, iżda familja fejn kulħadd għandu postu, fejn ngħinu lil xulxin u fejn ħadd m’għandu jħossu waħdu. F'isem Kartieri Boxing Club u l-familja kollha tagħna, nixtiequ ngħidu GRAZZI mill-qalb lill-isponsors kollha tagħna li dejjem kontu hemm warajna, li emmintu fina u li komplejtu tappoġġjawna f’dak kollu li nagħmlu. Mingħajrkom ħafna minn dawn l-inizjattivi ma jkunux possibbli."

Prosit lil dawk kollha involuti!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI