Illum, 26 ta' Novembru 2026, jaħbat il-21 anniversarju minn meta l-Kardinal l-Emm. Tiegħu Mario Grech kien ġie maħtur bħala t-tmien Isqof ta' Għawdex.
"Eżattament kien nhar is-Sibt 26 ta’ Novembru 2005, li Dun Mario ġie nominat mill-Papa Benedittu XVI bħala t-tmien Isqof tad-Djoċesi ta’ Għawdex. Il-Konsagrazzjoni Episkopali u l-Ingress Solenni tal-Isqof Mons. Mario Grech saru fil-Katidral tal-Assunta, il-Belt Victoria, nhar il-Ħadd 22 ta’ Jannar 2006."
Kien ġie kkonsagrat isqof mill-E.T. Mons. Isqof Nikol Ġ. Cauchi, assistit mill-E.T. Mons. Ġużeppi Mercieca, Arċisqof ta’ Malta, u l-E.T. Mons. Felix del Blanco Prieto, Nunzju Appostoliku ta’ Malta.
Nawgurawlu minn qalbna! Dejjem f'talbna!
Facebook/ Parroċċa Arċimatriċi u Arċipretali Santa Marija, Il-Gudja