Gwen Gravina, li ħafna jsegwuha fuq il-paġna Gwen's Cooking Club, qasmet messaġġ għal ommha Molly, biex tesprimi kemm hi kburija bil-parteċipazzjoni tagħha waqt MasterChef Malta. Molly fil-fatt għaddiet għall-fażi li jmiss.
Gwen tikteb, "Kburija bik, Mamà, li rnexxielek tasal fost l-aqwa 12." Qasmet ir-ritratt tagħha meħud waqt l-ewwel episodju tal-bieraħ.
Lil Molly mhux l-ewwel darba li rajnieha fuq programm televiż u relatat mat-tisjir, hekk kif ħadet sehem fl-ewwel ġimgħa ta' Come Dine With Me Malta s-sena l-oħra.
Facebook/ Gwen Gravina