Keith Demicoli nafu kemm hu ġurnalist u xandar tajjeb, imma li qed niskopru wkoll kemm jaf jgħallem! Lura fl-2007, Keith għamilha ta’ bidwi fejn ħammeġ idejh u pretenda li għal ġurnata jagħmel dan ix-xogħol. Biss dan għamlu biex jagħti esperjenza lil bintu fuq xi tfisser il-ħajja u biex tkun taf aktar dwar min fejn jiġi l-ikel.
“Trid tapprezza l-affarijiet sempliċi fil-ħajja u tesperjenza esperjenzi ġenwini” jikteb Keith. It-tifla tiegħu, Rianne qaltlu, “Dejjem mas-saqajn” u missierha ħelu ħelu qalilha, “anzi għamilt sew. Dak kien l-iskop li tifhem kemm tinvolvi tbatija li tkabbar, tiġbor u ġġorr frott u ħaxix li nieklu kuljum”.
View this post on Instagram