Clifford Galea jaqsam ħsieb fuq il-mezzi soċjali tiegħu dwar l-importanza tas-saħħa mentali u kemm hu tajjeb li dak li jkun jitkellem sabiex jagħmel kuraġġ lil ħaddieħor. Sfortunatament, hawn min jemmen li min jitkellem ikun irid jiġbed simpatija jew jagħmel dan biex jintgħoġob.
Clifford Galea jikteb, Meta tarani għaddej mit-triq, tgħidx ‘ara dak kien jieħu d-droga’ biex tiskandalizza bija. Għid kemm qed ngħin nies u kemm irnexxieli nimxi ‘il quddiem u kemm kelli kuraġġ nikxef lili nnifsi biex ħaddieħor li għaddejt minn dak li għaddej jien, jempatizza u jagħmel kuraġġ.”
Hu jkompli, “Jekk ma tiflaħx tinkoraġġini, iskot u li għandek tgħid għidu f’qalbek. Ma rridx prosit u ma rridx niftaħar. Irrid il-paċi. Din li għax aħna nies pubbliċi, ma treġix. Aħna kollha nies u suppost maturi. Meta jiġri lilna, irridu min jifhimna. Nitkellem għax inħoss bżonn vuċi għal nies li jgħaddu.”
Clifford ittemm jgħid, “Dan ir-ritratt ħadtu bi tbissima għax xorta dejjem nitbissem, imma ġo qalbi, uħud hemn barra tnikktuni!”