"Kellu L-Mobile Fuq Is-Seat Bejn Saqajh U Gwardjan Lokali Waqqfu…"

Qarrej ta’ Gwida.mt qasam storja kemxejn mhux tas-soltu magħna. Storja li ġrat lil ħabib tiegħu li spiċċa weħel ċitazzjoni minħabba l-mobile. Il-biċċa hi li dan ma kienx fuq il-mobile meta weħel iċ-ċitazzjoni.

Hu qalilna li sieħbu weħel ċitazzjoni minħabba li kien qed iżomm il-mobile bejn saqajh. Dan il-qarrej spjegalna, li kieku ma kienx miegħu hu, anqas kien jemmen din l-istorja. Xtaq jaqsamha mal-qarrejja tal-Gwida.mt, biex ikunu jafu fejn ma għandhomx iżomm l-mobile.

Jidher li ċ-ċitazzjoni hi waħda minima iżda l-qarrej tagħna qalilna li jidher li sieħbu ma kienx tal-ewwel għax kien hemm oħrajn li qasmu l-istess sitwazzjoni. Tinsewx mela, il-mobile tixħtux bejn saqajk!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI