“Kemm Ħallejtna Kmieni F’Età Daqshekk Żgħira.” – Iz-Zija Tal-Mibki Kyle Mifsud Isellem Il-Memorja Tiegħu

Dalgħodu tħabbret l-aħbar li miet Kyle Mifsud, li safa vittma ta' sparatura li saret fi tmiem din il-ġimgħa. Kyle kellu biss 33 sena. L-għażiża zitu ħalliet messaġġ fuq il-mezzi soċjali fejn sellmet il-memorja tiegħu.

Hi kitbet, "Qatt mhu se ninsa t-telefonata tiegħek u nisma’ dik il-vuċi. ‘Zi, għandi bżonn in-numru ta’ dak jew l-ieħor…’ Kemm ħallejtna kmieni f’età daqshekk żgħira. Ħu ħsieb lil ommok, in-nanniet u l-familja kollha. Strieħ fis-sliem. Dejjem f’qalbi, Kyle. Tħobbok iz-zi."

F'isem it-tim ta' Gwida, insellmu l-memorja tiegħu u ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja u l-ħbieb kollha tiegħu. Strieħ fis-sliem għażiż u kompli ħares fuq l-għeżież tiegħek li għandhom bżonn ħafna sabar u kuraġġ.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI