Fid-dinja tal-lum, inqattgħu medja ta’ aktar minn 6 sigħat kuljum fuq screen. Iżda studji psikoloġiċi – fosthom mill-American Psychological Association – jindikaw li ż-żmien żejjed online jista’ jżid l-ansjetà, inaqqas il-konċentrazzjoni, u jiddisturba l-irqad.
Meta nieħdu pawżi bogħod mill-iskrin sew jekk hux mobile jew laptop il-moħħ jibda jirrestawra ruħu. Ir-riċerka turi li waqt “digital detox”, il-livell ta’ cortisol (l-ormon tal-istress) jinżel, il-livelli ta’ dopamine jibqgħu aktar stabbli, u nħossuna aktar preżenti fil-mument.
Mhux biss. Waqt offline, il-ħila tagħna li niffukaw tiżdied, il-kreattività terġa’ tqum, u nibdew inħossuna inqas ikkunsmati mid-dinja ta’ barra. Dan għaliex il-moħħ m’għadux ibbombardjat b’informazzjoni kontinwa li ma jistax jipproċessa f’daqqa.M’hemmx għalfejn nieqfu għal kollox. Anke 30 minuta kuljum offline jistgħu jagħmlu differenza. Waqt mixja, ikla mal-familja, jew ftit ħin fis-skiet – il-preżenza vera tibda minn hemm.Il-mowbajl jagħtina ħafna… imma kultant, il-veru mistrieħ jiġi meta ma nkunux qed inħarsu lejh.