Hekk kif illum jidħlu fis-seħħ restrizzjonijiet ġodda, jidher li l-ammont ta’ każijiet misjuba huma madwar 250 każ. Skont Gerard Fenech, li ta’ kuljum jagħti idea tan-numri mistennija għal dak il-jum, sad-09:00 ta’ dalgħodu nsabu madwar 257 każ.
Mill-banda l-oħra, iz-Zija TT qalet li sas-06:00 ta’ dalgħodu kien hemm madwar 240. Hi kitbet kmieni dalgħodu, ” illum għandna tnaqqis għalkemm xorta waħda għandna numru għoljin. Sas-6.00 hemm 240 u żgur hu li illum ħa nisimgħu wkoll b’mewta żgħira. Hu għalkekk kif dejjem ngħidilkom moħħkom hemm u għamlu kuraġġ ħbieb tiegħi.
Aħna ngħidulkom, important li timxu mal-miżuri u tevitaw in-nies kemm jista’ jkun, għal saħħitkom u għal saħħet dawk għeżież tagħkom. Ħudu ħsieb u nittamaw li s-sitwazzjoni taqleb għall-aħjar.