Il-paġna It-Temp Madwarna kitbu dwar it-temp għal-lum. Fil-fatt it-temp għal-lum kellu waqtiet twal xemxin. Jidher li ma kien hemm ebda xita, kif ġie mbassar għall-ewwel.
Ir-riħ huwa ħafif minn Forza 2 għal 3 u varjabbli f’xi ħinijiet. Il-baħar ġeneralment hu moderat li eventwalment isir ħafif. Il-paġna tirrapporta wkoll li l-ogħla temperatura llum kienet 19°C mentri l-inqas illejla tkun 11°C.
It-temperatura ser tinħass bejn 10°C u 20°C. L-indiċi UV jkun ta’ 5. Ir-ritratt t’hawn taħt ġewwa r-Rabat ġie meħud minn Robert Magro.