"Kieku Kulħadd Bħal Joe Farrugia D-Dulli, Ma Jkunx Hawn Ġlied U Inkwiet Fid-Dinja!" – Il-Ministru Owen Bonnici

Joe Farrugia d-Dulli... kif tista' ma tħobbux! 

Lil Joe nafuh fuq il-palk u nafuh ukoll fuq it-televiżjoni, kemm bħala attur u kemm bħala preżentatur. Il-karratru ferrieħi u ċajtier tiegħu dejjem niżel għasel mat-telespettaturi. Joe kien beda jagħmel xi xogħol teatrali fl-iskola fejn kien jattendi u dan serva ta' ċavetta biex ikompli f'din it-triq.

Il-ferħ u l-ispirtu pożittiv li jġib miegħu dan ir-raġel mimli talent, huwa bla dubju apprezzat, u għalhekk hu tant maħbub. Il-Ministru Owen Bonnici qasam ritratt flimkien ma' Joe, u kiteb kliem mill-isbaħ dwaru.

"Kieku kulħadd bħal Joe Farrugia d-Dulli, ma jkunx hawn ġlied u inkwiet fid-dinja!," jikteb il-Ministru Owen. In-nies kollha qablu miegħu u ma kellhom xejn x'jiktbu għajr kliem ta' tifħir għal Joe.

Uniku int, għażiż!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI