St Paul Chamber Ensemble, għadu frisk minn avveniment li sar ġewwa l-isptar jumejn ilu. Dawk li kienu qed iżuru Mater Dei, żgur kienu sorpriżi meta sabu ma’ wiċċhom flashmob u orkestra.
Ritratt: Facebook / St Paul Chamber Ensemble
Mhux xi ħaġa li ssib jew tistenna li ssib ġewwa l-isptar! Imma ngħiduha kif inhi tajjeb li wieħed iferraħ lil dawk li jkunu għaddejjin minn xi tip ta’ mard, jew inkella jkunu qed iżuru familjari u qraba li għandhom xi problemi ta’ saħħa.

Ritratt: Facebook / St Paul Chamber Ensemble
Ftit mużika taf tkun l-aqwa terapija, kemm għall-pazjenti, kemm għall-familjari u ħbieb, u anke għal dawk jaħdmu l-isptar. Ftit allergrija jew mużika tinżel għasel f’ambjent bħal dan.
Instagram / Treatment EU