Theresa Ann Cachia fuq il-mezzi soċjali tagħha qasmet ritratt ta' ommha u missierha, flimkien ma' ritratt ieħor mill-jum tat-tieġ tagħha. Bħal-lum 43 sena ilu, ommha u missierha kienu wegħdu mħabbithom lil xulxin.
Jum li fih kienu jiċċelebraw l-imħabba u l-bidu tal-familja tagħhom. Theresa tikteb, "Kieku llum… 43 sena miżżewġin! Kieku, kieku biss imma! Ħobb, gawdi u apprezza sakemm ikun għadu miegħek il-bniedem. Għax il-ħajja qasira u ħadd ma jiġi lura!"
Kultant dawn il-ġranet ma napprezzawx biżżejjed meta l-għeżież tagħna jkunu għadhom magħna, imma sabiħ li niċċelebrawhom u ngħożżu dawn il-memorji, għax grazzi għalihom nibnu memorji oħra.