Id-DJ Manuel Chircop iċċelebra 32 sena minn meta beda jaħdem fuq ir-radju.
Hu kiteb, “Kien bħal-lum, 32 sena ilu, li bdejt l-avventura tiegħi fuq ir-radju! Kien jum l-Indipendenza tal-1993 meta bdejt programm fuq Smash Radio, u ftit snin wara, ftaħt ir-radju tiegħi stess, Radio Galaxy (li llum huwa magħruf bħala Radio 105).”
Żied jgħid, “Tul din il-karriera, mhux biss bnejt isem u karattru għalija nnifsi u tatni ħafna opportunitajiet, imma tajt ukoll ħafna opportunitajiet lil ħafna oħrajn biex jibdew l-istess karriera. Iltaqa' ma' ħafna nies, u fuq kollox, għamiltni ħabib ma' ħafna. Grazzi! Jien u r-radju, nibqgħu għaddejjin.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlu fl-anniversarju tal-karriera tiegħu u nifirħulu għal iżjed snin eċċitanti fuq ir-radju!
Facebook / Manuel Chircop