Bosta huma dawk li qed isellmu l-memorja ta’ Karmenu Muscat li huwa x-xufier tal-linja li tilef ħajtu dalgħodu fil-Park & Ride tal-Furjana.
“Kien rispettat u ammirat minn ħafna għall-paċenzja, l-professjonaliżmu u d-dedikazzjoni tiegħu,” saħqu fuq il-midja tagħhom Tallinja b’reazzjoni għal din l-aħbar ta’ niket.
Huma fissru kif in-nuqqas tiegħu se jinħass sew mill-kollegi u esprimew il-kondoljanzi lejn il-familjari.
Oħrajn li sellmu l-memorja tiegħu ddeskrivewh bħala “bniedem sewwa u tar-rispett”.
Strieħ fis-sliem, Karmenu!
Ritratti: Facebook / Tallinja u TVM