"Kienet L-Isbaħ Ġurnata Ta’ Ħajti… Ftakar Dejjem, Ibni L-Għażiż — Int Tassew Uniku." – Omm Kersten Graham F'Għeluq Sninu

Illum jagħlaq sninu l-artist lokali Kersten Graham, li aktar kmieni din is-sena seraq bosta qlub bil-kanzunetta tiegħu waqt Mużika Mużika, Int Kollox Għalija.

Fost dawk li awgurawlu f’dan il-jum speċjali kienet ommu Jackie. Kitbitlu dwar kemm hi ġurnata sabiħa li ma tinsa qatt meta kellha lilu bħala binha, u titkellem dwar id-determinazzjoni tiegħu li dehret fih minn dejjem. 

“Kienet l-isbaħ ġurnata ta’ ħajti… ftakar dejjem, ibni l-għażiż – int tassew uniku.”

Issemmi kemm hu persuna li dejjem jaf xi jrid, u għalkemm ma kienx wera interess jistudja l-lezzjonijiet tal-kitarra ta’ 6 snin, xi snin wara waħdu wera l-passjoni u l-imħabba tiegħu lejn il-mużika. Beda jaħdem u jirsisti u baqa’ għaddej.

“Kersten int eżempju ċar ta’ x’inhi persistenza,” tikteb Jackie. Tgħidlu li ser tibqa’ warajh għal dejjem f’kull pass li jwettaq.

Awguri mill-qalb għażiż Kersten! Nixtiqulek ħafna aktar suċċessi!





Facebook/ Kersten Graham



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI