Il-Kunsillier tal-Fgura, Ray Deguara, qasam messaġġ emozzjonanti wara l-aħbar tal-mewt ta’ Mary Darmanin.
F’messaġġ li kiteb fuq il-midja soċjali, Deguara ddeskriva lil Mary bħala persuna li kienet “parti minn ħajtu” u li ħalliet marka sabiħa u importanti fil-memorji tiegħu.Huwa spjega li meta ommu kienet titla’ Catania biex iżżur lil oħtu Anna, li dak iż-żmien kienet għarusa u aktar tard iżżewġet, huwa kien iqatta’ diversi xhur jgħix għand Mary u żewġha Joe.
“Kienet persuna li għamlet ħafna miegħi,” kiteb Deguara, filwaqt li rringrazzjahom għall-imħabba u l-kura li dejjem tawh. Fi tmiem il-messaġġ tiegħu, huwa sellem il-memorja tagħha bil-kelmiet “Grazzi u strieħ fis-sliem, għażiża Mary.”
Dan il-messaġġ kiseb diversi messaġġi ta’ kondoljanzi minn persuni li ngħaqdu miegħu biex isellmu l-memorja ta’ Mary.
Fb/ Ray Deguara