Sfortunatament l-isptar tal-annimali San Franġisk ta’ Ta’ Qali jinsab magħluq b’mod temporanjui. Ftit ilu diġà kien hemm ilmenti fuq il-prezzijiet esaġerati tas-servizz tal-isptar, iżda issa li għalaq, ħoloq aktar problemi.
Xi qarrejja minn tagħna kitbulna biex jilmentaw dwar dan hekk kif jinsabu mħassba bil-kbir.
“Kelli emrġenza bil-kelb tiegħi matul il-lejl, mort l-isptar tal-annimali f’Ta’ Qali u nsibu magħluq. Ma kontx naf x’se naqbad nagħmel f’nofs ta’ lejl! Fejn se taqbad tmur?” qaltilna waħa mill-qarrejja.
“Kont fortunata li li kellu l-kelb seta’ jistenna sa’ filgħodu għalkemm kien muġugħ, iżda qas irrid nimmaġina kieku kont f’sitwazzjoni aktar kritika!”
“Kif jista’ jkun ma jkollniex sptar tal-annimali? Mingħajr alternattivi ta’ xejn! Fejn suppost inmorru bl-annimali tagħna? Fejn jidħlu l-annimali dejjem pass lura flok pass ‘il quddiem!”