Kif Kienu Jiġu Mħabbra R-Riżultati Tal-Elezzjoni Fil-Passat? – Ritratt Jagħti Xhieda Ta’ Dan!

Qabel iż-żmien tal-internet, il-mobile notifications u x-xandir dirett fuq il-midja soċjali, il-poplu Malti kien isegwi r-riżultati tal-elezzjoni b’mod ferm differenti minn dak li nafu llum.

F’dawk is-snin, ir-riżultati tal-għadd tal-voti kienu jitwaħħlu manwalment fuq billboards tad-Dipartiment tal-Informazzjoni, li kienu jintramaw fid-daħla ta’ Bieb il-Belt kif ukoll f’Misraħ San Ġorġ.



Dawn il-billboards kienu jsiru punt ewlieni ta’ ġabra għall-pubbliku, b’ħafna nies jinġabru biex isegwu l-aħħar aġġornamenti dwar l-għadd tal-voti minn kull distrett elettorali. Kull riżultat ġdid kien jinġibed l-attenzjoni ta’ dawk preżenti, fi żmien fejn l-informazzjoni ma kinitx tasal istantanjament bħal-lum.



Ir-ritratt ifakkarna mhux biss fil-mod kif kienu jsiru l-affarijiet qabel, iżda wkoll fl-atmosfera unika li kienet tinħoloq waqt il-ġranet elettorali, meta n-nies kienu jinġabru flimkien biex isegwu mument b’mument l-andament tar-riżultati.



Ritratti:

Facebook / DOI

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI